Cressida Galea - L-Istorja Tieghi

    L-istorja tiegħi

    Edukazzjoni

    Edukazzjoni Bikrija

    Primarja - St. Theresa College, Santa Venera

    Sekondarja - Our Lady Immaculate, Hamrun

    Edukazzjoni Universitarja

    Bachelor of Commerce (Honours) - Ekonomija (Universita ta' Malta)

    Masters of Science - Ekonomija (Universita ta' Malta)

    Attivizmu Politiku

    Cressida Galea fil-programm LEAD tal-Partit Laburista
    2017

    LEAD

    Il-vjaġġ politiku ta' Cressida beda fl-2017 wara li pparteċipat fil-programm LEAD organizzat mill-Partit Laburista biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti. Dan il-programm nissel fiha l-motivazzjoni u l-entużjażmu biex tikkontribwixxi attivament u tinvolvi ruħha fil-kamp politiku nazzjonali.

    Logo ta' Pulse, organizzazzjoni studenteska tal-Universita ta' Malta
    2018

    Pulse

    Bħala studenta universitarja, Cressida kienet involuta attivament fl-organizzazzjoni studenteska 'Pulse'. Kienet waħda mill-kandidati li kkontestaw l-elezzjoni tal-2018 għall-Kunsill tal-Istudenti tal-Universita (KSU) għall-pożizzjoni ta' Finance Officer.

    Involviment Politiku

    Studju dwar Living Income

    Bil-professjoni tagħha ta' Ekonomista, Cressida kienet involuta fl-istudju kkummissjonat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru imsemmi 'Introducing the Concept of Living Income in Malta to Minimise the Level of Poverty below the At-Risk-of-Poverty Rate'. Dan kien studju ffukat fuq il-kunċett ta' dħul għall-għajxien f'Malta sabiex jiġi minimizzat il-livell ta' faqar taħt ir-rata ta' riskju ta' faqar.

    100 idea tal-Partit Laburista

    Cressida kienet membru tal-Forum tal-Politika Ekonomika: 'Ġid li jasal għand kulħadd' imniedi mill-Partit Laburista sabiex jiġu mfassla 100 idea li finalment saru elf miżura proposta politika bħala parti mill-manifest elettorali 'Malta Flimkien' għall-elezzjoni ġenerali tal-2022.

    Ħidma Parlamentari

    2026

    President tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

    F'Ġunju 2026 Cressida ġiet eletta mill-ġdid fil-Parlament għall-ħmistax-il Leġiżlatura, wara li kienet eletta għall-ewwel darba fl-2022. Illum hi President tal-Kumitat Parlamentari Permanenti għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar għall-Iżvilupp, b'impenn għal skrutinju parlamentari aktar b'saħħtu u politika favur l-ambjent, ir-reżiljenza klimatika u l-iżvilupp sostenibbli.

    2026

    Membru sostitut, Assemblea Parlamentari tal-Mediterran (PAM)

    2022 - 2026

    Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    2022 - 2026

    Delegazzjoni tal-Gvern Laburista fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

    Vizjoni Malta 2050

    Permezz tal-proġett 'Viżjoni Malta 2050', għaddejja ħidma għall-ippjanar strateġiku tal-futur ta' Malta, b'fokus fuq l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, il-ġustizzja soċjali, u l-kwalità tal-ħajja għal poplu Malti u Għawdxi.