Bil-fatti,
mhux bil-wegħdiet.
Il-manifest Laburista ġie approvat mill-poplu fit-30 ta' Mejju 2026. Hawn issegwi kif qed jitwettqu 52 miżuri konkreti tiegħu, waħda waħda, matul il-leġiżlatura.
2 minn 52 miżuri implimentati
Aġġornat: 2026-10-10
Pjan għal Tkabbir Sostenibbli
-1.3%
tal-PIL sal-2030, jonqos minn -2.2% fl-2025. Sors: Programm ta' Stabbiltà tal-MFE.
5.4%
fis-sena, 2014-2025. Malta fost l-aqwa 3 fl-EU. Sors: Eurostat.
44%
tal-PIL sal-2030, ferm taħt il-limitu SGP ta' 60%.
52
proposti b'sors uffiċjali, kollha mfasslin biex iżidu produttività.
It-trajettorja li nibnu fuqha
Il-proposti tagħna huma maħsubin biex ikomplu trajjettorja diġà pożittiva. Tkabbir konsistenti li jisboq lill-medja Ewropea, defiċit li jonqos sena wara sena, u dejn pubbliku ferm taħt il-limitu Ewropew. Mhux wegħdiet ġodda, imma kontinwità ta' politika ekonomika li qed taħdem.
Tkabbir Reali tal-PIL (%)
Malta vs Unjoni Ewropea u Żona Ewro, 2014-2025. Sors: Eurostat.
Defiċit tal-Gvern (% tal-PIL)
Storika 2020-2025, plus proġezzjoni mill-Programm ta' Stabbiltà tal-MFE 2026-2030. Sors: Eurostat, Ministeru tal-Finanzi.
Dejn tal-Gvern (% tal-PIL)
Trajettorja 2014-2030, bi proġezzjoni baseline. Sors: Eurostat, MFE.
L-impatt tal-pjan tagħna: Il-proposti elettorali huma kalibrati biex jinżammu fil-marġini fiskali tal-Programm ta' Stabbiltà tal-Ministeru tal-Finanzi. Investiment fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fil-ħaddiema, u fl-infrastruttura jagħti redditu ekonomiku b'mod sostenibbli, iżid il-PIL, u jnaqqas id-dipendenza fuq id-dejn fit-tul.
52 proposti kollha
Dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku sal-2050
Pjan nazzjonali fit-tul biex is-sistema tal-elettriku ta' Malta tilħaq newtralità klimatika sal-2050, miftuħ għal konsultazzjoni pubblika.
It-Tielet Interconnector (IC3) ma' Sqallija
Konnessjoni ġdida DC ta' 380kV bejn Malta u Sqallija, b'kapaċità inizjali ta' 200MW li tista' tiskala għal 400MW, biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija.
Link għal enerġija rinnovabbli mal-Afrika ta' Fuq
Konsultazzjoni preliminari tas-suq biex tiġi importata enerġija rinnovabbli minn Afrika ta' Fuq permezz ta' cable, b'mira ta' 0.8 TWh fis-sena.
Wind farm offshore u solar mitluq
L-ewwel proġett offshore wind ta' 300MW lil hinn mit-12-il mil nawtiċi, flimkien ma' żewġ żoni kandidati u sejħa pubblika għall-PQQ.
Sistemi kbar ta' ħażna ta' enerġija (BESS)
Żewġ sistemi kbar ta' ħażna ta' batteriji (8 MW/20 MWh u 32 MW/64 MWh) flimkien ma' proġetti BESS addizzjonali biex tiġi pprovduta riżerva fil-quċċati.
Pjan ta' distribuzzjoni Enemalta ta' 9 snin
Tisħiħ tan-network ta' distribuzzjoni b'15-il ċentru ġdid sal-2035, konnessjoni 132kV Malta-Għawdex u investimenti fil-cables.
Elettrifikazzjoni shore-to-ship
Estensjoni tas-sistema shore-side electricity fil-Port il-Kbir u l-Port Ħieles biex il-vapuri jaqbdu mal-grid u jnaqqsu l-emissjonijiet.
Tibdil tad-dawl pubbliku għal LED sal-2027
Sistemi ġodda aktar effiċjenti tad-dawl pubbliku fit-toroq sal-2027, b'tnaqqis mistenni fil-konsum ta' madwar 60%.
Bonus annwali ta' €1,000 għall-ħaddiema full-time
Riforma taċ-ċekk tal-bżulija fi bonus annwali ta' €1,000 għal kull ħaddiem full-time, u bonus pro-rata ta' mhux inqas minn €500 għall-part-timers.
Rata ta' taxxa ta' 25% għan-negozji ż-żgħar
Negozji b'turnover ta' inqas minn miljun ewro fis-sena se jintaxxaw bir-rata ta' 25% minflok 35%.
Żieda fiċ-Children's Allowance
Żieda ta' mill-anqas €250 għal kull wild fis-suppliment imħallas lill-familji bi dħul nett ta' anqas minn €40,000.
Tisħiħ tal-In-Work Benefit
Żieda ta' mill-anqas €150 kull wild fl-In-Work Benefit, b'€100 addizzjonali oħra fil-każ ta' koppji fejn ġenitur wieħed jaħdem.
Tisħiħ tal-Housing Benefit Scheme
Sussidju għal min jikri mill-privat, b'tapering gradwali fuq sentejn (50% l-ewwel sena, 25% it-tieni) għal applikanti li jeċċedu d-dħul.
Programm ta' BMI screening fl-iskejjel
Skrining tal-BMI fl-iskejjel biex tiġi indirizzata l-obeżità fost it-tfal; każijiet f'riskju jiġu riferuti għand dietitian għal weight management programme.
Rifużjoni ta' €400 fis-sena għal extrakurrikulari
Żieda fir-rifużjoni tat-taxxa b'€100 oħra għal €400 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi u kulturali.
Estensjoni tar-rifużjoni għal akkademji u OCR
Ir-rifużjoni fuq attivitajiet sportivi tiġi estiża wkoll għal tfal li jattendu akkademji tal-futbol u attivitajiet bħal hybrid training (OCR).
Sports leave imħallas għal atleti elite
Atleti elite fil-privat li jirrappreżentaw lil Malta jingħataw sa 10 ijiem sports leave imħallas mill-Gvern, kif ukoll it-tim tekniku u mediku.
100 Triq Residenzjali ġdida f'Għawdex
Programm biex jitlestew 100 triq residenzjali ġdida f'Għawdex fit-tliet snin li ġejjin; diġà nbdew tlettax.
Submarine cable u żewġ ċentri tad-distribuzzjoni
Submarine cable bejn Malta u Għawdex bħala interconnector, flimkien ma' żewġ ċentri ġodda tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Modernizzar tal-iskejjel kollha f'Għawdex
Investiment f'infrastruttura edukattiva biex sal-aħħar tal-ħames snin li ġejjin l-iskejjel kollha f'Għawdex jiġu mmodernizzati.
Servizz tal-vapur t'Għawdex b'xejn
Servizz tal-Gozo Channel b'xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha li jaqsmu bil-pass bejn iż-żewġ gżejjer.
Għotja tal-fast ferry tiżdied għal €800
L-għotja tal-fast ferry għall-Għawdxin li jaqsmu għal skopijiet ta' xogħol u studju tiżdied minn €650 għal €800.
Investiment ta' €130 miljun fil-flotta Gozo Channel
Investiment ta' €130 miljun biex il-flotta tal-Gozo Channel titla' għal ħames vapuri sal-2029, b'sejħa għal żewġ vapuri ġodda.
Vapur tal-merkanzija mill-Port Ħieles
Investiment ta' €20 miljun f'immodernizzar tal-vapuri eżistenti, b'wieħed mgħammar għall-merkanzija b'vjaġġi kuljum minn Port Ħieles u Ras Ħanżir.
Aktar minn 25% iktar konnettività mal-fliegu
Żieda ta' aktar minn 25% fil-vjaġġi bejn Malta u Għawdex biex jonqos il-ħin tal-vjaġġ ta' min jaqsam.
Żgħażagħ Kick Start: l-ewwel €30,000 bla taxxa
Fl-ewwel 3 snin ta' xogħol full-time jew start-up, iż-żgħażagħ ma jħallsux taxxa fuq l-ewwel €30,000 ta' dħul, b'tfaddil sa €12,300.
Skema My First Home
Il-Gvern jislef sa 25% tal-valur tal-proprjetà bla interessi lill-first-time buyers; tfaddil ta' sa €75,000 f'imgħax għal koppja.
Skema Our Next Home għal familji li jikbru
Familji b'aktar minn wild wieħed li jbiddlu d-dar igawdu mill-inċentivi tal-first-time buyers (boll u UCA grants); tapplika back-dated minn 1 Jannar 2026.
Leave tal-maternità għal 26 ġimgħa
Leave tal-maternità jitla' għal 26 ġimgħa (żieda ta' 8 ġimgħat), il-paternità minn ġimgħatejn għal xahar, u 6 xhur parental leave imħallas mill-Gvern.
28 ġurnata leave addizzjonali wara t-twelid
Wara l-ewwel sena mit-twelid il-ġenituri jingħataw 28 ġurnata leave addizzjonali bejniethom, imħallas mill-Gvern.
Birth Bonus ta' €5,000 għal kull wild
Il-Birth Bonus jitla' għal €5,000 għal kull wild, b'€3,000 imħallas fis-7 xahar tat-tqala u l-bqija wara t-twelid.
Terapija b'xejn għal tfal b'diżabilità
Il-Gvern jiffinanzja l-ispiża kollha tat-terapija (occupational, speech, physiotherapy) għal tfal taħt it-18-il sena b'diżabilità jew kundizzjonijiet newrodiverġenti.
Garanzija ta' €50 żieda fil-pensjoni
Tul il-5 snin li ġejjin il-pensjonanti jaraw il-pensjoni tiżdied b'€50 fil-ġimgħa, b'żieda ta' €10 kull sena inkluża l-għoli tal-ħajja.
Żieda ta' 15% fl-istipendju
Żieda oħra ta' 15% fl-istipendju għall-istudenti, plus grant ta' €1,000 għal min imur fuq Erasmus jew esperjenzi edukattivi barra.
Eżenzjoni tal-boll għal first-time buyers sa €300,000
L-ammont eżenti mit-taxxa tal-boll jitla' minn €200,000 għal €300,000, b'tfaddil ta' €12,000 għall-first-time buyers; rifużjoni ta' €1,200 għar-riċerki.
Tisħiħ tal-iskema 10% deposit
Il-valur tal-proprjetà eliġibbli taħt l-iskema 10% deposit jitla' minn €250,000 għal €300,000.
Rata tat-taxxa tal-ġenituri sa 23 sena
Ġenituri ta' tfal b'diżabilità jibqgħu jħallsu t-taxxa bir-rata tal-ġenituri sakemm uliedhom jagħlqu 23 sena, jew indefinittivament jekk severa.
Carer's grant ekwivalenti għall-paga minima
Il-Carer's grant għal ġenituri ta' tfal b'diżabilità severa jiġi rdoppjat biex ikun ekwivalenti għall-paga minima.
Trasferiment ta' kontribuzzjonijiet bejn koppji
Koppja tista' tittrasferixxi sa ħames snin kontribuzzjonijiet imħallsa żejda biex il-parti l-oħra tikkwalifika għall-pensjoni minima.
Pensjoni tar-romol sħiħa u +20% kumpens
Sal-2027 ir-romol jirċievu l-pensjoni sħiħa tal-konjugi mejjet; min tilef pensjoni tiegħu meta romol jara żieda ta' 20%.
Sħubija b'xejn f'gym għal 6 xhur
Sħubija b'xejn f'gym għal sitt xhur, b'estensjoni tal-iskema Youth Fitness Support biex tkopri attivitajiet fiżiċi oħra.
Mental health check-up b'xejn
Proġett pilota fejn persuni ta' etajiet differenti jagħmlu mental health check-up b'xejn għand il-psikologu tal-għażla tagħhom.
Espansjoni tal-IVF għal mard rari
It-test ġenetiku introdott fis-servizz tal-IVF jiġi estiż għal kundizzjonijiet ġenetiċi oħra fosthom mard rari mingħajr kura.
Heritage Malta passport għal kulħadd
Il-passaport ta' Heritage Malta jiġi estiż għal kulħadd biex aktar Maltin u Għawdxin iżuru l-mużewijiet u s-siti storiċi.
Study leave imħallas għall-ħaddiema
Ħaddiema full-time jingħataw jumejn study leave imħallas fis-sena, sa 10 ijiem skont il-livell tal-istudju, b'kumpens lil min iħaddem.
Indiċi tal-Benesseri b'titjib ta' 25%
Indiċi ġdid imsejjes fuq 10 dimensjonijiet u 20 indikatur, li juri li l-implimentazzjoni tal-manifest twassal għal aktar minn 25% titjib fil-wellbeing.
Spazji ħodor sa 10 minuti mixi
Titjib fl-aċċess għal spazji ħodor sa massimu ta' 10 minuti mixi, b'investiment f'żoni bħal Manoel Island, White Rocks, Fort Campbell u Forti San Salvatur.
First-time buyer status mill-ġdid wara separazzjoni
Persuni li jridu jibdew ħajja ġdida wara problemi fir-relazzjoni jitqiesu first-time buyers mill-ġdid u jiffrankaw it-taxxa tal-boll.
Spiża ta' akkumpanjatur għal kura barra minn Malta
Il-Gvern ikopri l-ispiża ta' persuna li takkumpanja lil pazjent adult li jmur għal kura barra minn Malta.
Servizzi tas-saħħa mentali fil-kampusijiet
Servizzi ġodda tas-saħħa mentali fil-MCAST, Junior College u Università ta' Malta: workshops, peer support u terapija individwali.
Tisħiħ tal-Culture Pass fl-iskejjel
Aktar finanzjament għall-Culture Pass biex aktar studenti minn skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji jkollhom aċċess għall-arti.
Arts Pass: €200 fis-sena għal 18-21 sena
Inizjattiva ġdida għal żgħażagħ bejn 18 u 21 sena b'kreditu ta' €200 fis-sena għal avvenimenti kulturali bħal kunċerti, teatru u films.
Għandek ideja fuq xi proposta?
Il-proposti tal-manifesto huma punt tat-tluq, mhux destinazzjoni. Aqsam ħsibijietek dwar kif inwasslu dawn il-miżuri lid-distretti tagħna.
Aqsam Ideja