President tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Cressida Galea
Membru Parlamentari

Unur għalija li ġejt eletta President tal-Kumitat Parlamentari Permanenti għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar għall-Iżvilupp.
Inħares 'il quddiem biex naħdem id f'id mal-membri l-oħra tal-Kumitat, biex insaħħu l-iskrutinju parlamentari u nagħtu sehemna f'politika li tħares l-ambjent, issaħħaħ ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u tmexxi 'l quddiem l-iżvilupp sostenibbli.
Din il-ħatra hija privileġġ u responsabbiltà, u nibqa' impenjata li naqdi b'dedikazzjoni u integrità.


